ANNUAL REPORT : 1993 | 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | 1998 | 1999

Rapport Anwali

Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilita'

Sena 1996

INTRODUZZJONI

1. Twaqqif tal-Kummissjoni

2. Ghanijiet

3. Rapport Annwali

4. Il-Kummissjoni

5. L-Ezekuttiv

6. Is-Segretarjat

7. Hidma f'Ghawdex

8. Servizzi tal-Kummissjoni

PJAN TA’ AZZJONI

1. Il-Programm Dinji ta’ Azzjoni Dwar il-Persuni b'Dizabilità

2. Policy

2.1 Registru Nazzjonali tal-Persuni b'Dizabilità

2.2 Censiment Nazzjonali

3. Rijabilitazzjoni

3.1. Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi

3.2 Servizz Ghajnuniet Specjali

3.3 Hearing Aids lill-Studenti Neqsin mis-Smigh

3.4 Servizz dwar l-Inkontinenza

4. Opportunitajiet Indaqs

4.1 Legislazzjoni

4.2 Karta ta’ l-Identita’ Specjali

4.3 Access Fiziku

4.4 Accessibilita’ ghall-Informazzjoni

4.5 Ezenzjoni mit-Taxxa tar-Registrazzjoni

4.6 Ezenzjoni mill-Hlas tal-Licenzja tat-Triq

4.7 Edukazzjoni

4.8 Impjiegi

4.9 Servizzi Residenzjali

5. Azzjoni fil-Komunita’

5.1. Hidma Socjali mal-Persuni b’Dizabilità

5.2 Laqgha mal-Partit Nazzjonalista

5.3 Posta lill-Ghaqdiet Volontarji

5.4 Hidma ma’ Organizzazzjonijiet Ohra

6. Tahrig tal-Istaff

6.1 Kors tal-Issues dwar id-Dizabilità

7. Informazzjoni u Edukazzjoni Pubblika

7.1 Centru ta’ Rizorsi

7.2 Pubblikazzjonijiet tal-Kummissjoni

7.3 Newsletter Indaqs

7.4 Gimgha tal-Persuni b'Dizabilità

7.5 Zjara tal-Kap tal-Oppozizzjoni fl-Ufficini tal-KNPD

7.6 Zghazagh ghall-Ewropa

AZZJONI INTERNAZZJONALI

1. Global Network Tal-ILO ghall-Issues tad-Dizabilità

2. Konferenza f’Sonnenberg

3. Cost 209

4. Il-Fond Volontarju dwar id-Dizabilita` tal-Gnus Maqghuda

 

 

 

INTRODUZZJONI

 

 

1. Twaqqif tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità twaqqfet fit-3 ta’ Novembru 1987, meta l-Ministru tal-Politika Socjali ta’ dak iz-zmien kien ghamel stqarrija parlamentari fejn hatar l-ewwel membri ta’ din il-Kummissjoni u stabilixxa l-ghanijiet taghha.

2. Ghanijiet

L-ghanijiet tal-Kummissjoni huma li:

a) Tara li jitwettaq il-programm tal-Gvern fil-qasam li jolqot jew jinteressa lill-persuni b'dizabilità.

b) Tassigura l-koordinament tal-hidma tad-Dipartimenti koncernati fit-twettiq ta’ kull mizura mahsuba fil-programm tal-Gvern jew mizuri ohrajn li l-Kummissjoni tipproponi minn zmien ghal zmien.

c) Izzomm kuntatt dirett u kontinwu mal-ghaqdiet volontarji, l-aktar permezz tal-Federazzjoni tal-Ghaqdiet ghall-Persuni b’Dizabilità, kif ukoll ma’ gruppi jew persuni ohra skond il-htiega.

d) Tidentifika l-htigijiet tal-persuni b'dizabilità u tal-ghaqdiet volontarji koncernati u tiehu dawk il-mizuri li jistghu jkunu mehtiega fic-cirkustanzi sabiex dawk il-htigijiet jigu sodisfatti kemm jista’ jkun.

e) Tassigura li jkunu provduti dawk is-servizzi centralizzati li jistghu jkunu mehtiega ghat-twettiq ta’ dawn il-funzjonijiet.

3. Rapport Annwali

Dan ir-rapport annwali jkopri l-perjodu Ottubru 1995 u Settembru 1996.

4. Il-Kummissjoni

4.1 Il-membri tal-Kummissjoni gew nominati mill-Ministru ghall-Izvilupp Socjali biex jinkludu rapprezentanti mid-Dipartimenti principali governattivi, mill-ghaqdiet volontarji tal-persuni b'dizabilita` (rapprezentati mill-Federazzjoni tal-Ghaqdiet ghall-Persuni b’Dizabilità), mill-Knisja Maltija u Ghawdxija, mill-Universita` ta’ Malta u l-Federazzjoni tal-Kunsilli Lokali.

 

 

 

4.2 Matul din is-sena, il-Kummissjoni ltaqghet 6 darbiet. L-attendenza tal-membri kienet hekk:

Dr L Gonzi

President

6 minn 6

Joe Camilleri

Chairman

6 minn 6

Fred Bezzina

Direttur Ezekuttiv/Segretarju

6 minn 6

Emmanuel Micallef (1)

Ministeru ghall-Zvilupp Socjali

4 minn 6

George Samuel

Taqsima tal-Edukazzjoni

2 minn 6

Carmel Degabriele

Taqsima tal-Familja u l-Assistenza Socjali

2 minn 6

Moses Azzopardi

Dipartiment tas-Sigurta`` Socjali

6 minn 6

Charles Vella

Korporazzjoni tal-Impjiegi u t-Tahrig

5 minn 6

Dr Ray Busuttil

Taqsima tas-Sahha

3 minn 6

Frederick Azzopardi

Ministeru. ghal Ghawdex

1 minn 6

Anthony Abela (2)

Federazzjoni Ghaqdiet ghall-Persuni b’Dizabilità

4 minn 4

Valdemar Beck

Federazzjoni Ghaqdiet ghall-Persuni b’Dizabilità

3 minn 6

John Cauchi (3)

Federazzjoni Ghaqdiet ghall-Persuni b’Dizabilità

3 minn 4

Dr Anthony Charles

Federazzjoni Ghaqdiet ghall-Persuni b’Dizabilità

5 minn 6

Godfrey Darmanin (4)

Federazzjoni Ghaqdiet ghall-Persuni b’Dizabilità

2 minn 2

Paul Mifsud

Federazzjoni Ghaqdiet ghall-Persuni b’Dizabilità

5 minn 6

Fr Charles Abela

Kurja tal-Arcisqof ta’ Malta

6 minn 6

Fr Manuel Curmi

Kurja tal-Isqof t'Ghawdex

1 minn 6

Dott Elena Tanti Burlò

Universita’ ta’ Malta

3 minn 6

Josette Pisani (5)

Federazzjoni tal- Kunsilli Lokali

3 minn 4

Edgar Galea Curmi (6)

Konsulent fis-Segretarjat

0 minn 1

(1) Beda fit-18 ta’ Novembru 1995

(2) Beda fil-15 ta’ Frar 1996

(3) Beda fil-15 ta’ Frar 1996

(4) Temm il-hatra fil-15 ta’ Frar 1996

(5) Bdiet fil-15 ta’ Frar 1996

(6) Beda bhala osservatur fl-1 ta’ Gunju 1996

4.3 Fil-prezent il-Kummissjoni ghandha hames membri li ghandhom dizabilità fizika u erbà genituri ta’ persuni b'dizabilità.

4.4 Matul din is-sena, il-Kummissjoni ma kellhiex rapprezentant tad-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali.

 

 

 

 

 

5. L-Ezekuttiv

5.1 Il-Kummissjoni ghandha Ezekuttiv kompost mill-President, ic-Chairman, id-Direttur Ezekuttiv tas-Segretarjat, li jaqdi wkoll il-funzjoni ta’ segretarju tal-Kummissjoni u tal-Ezekuttiv, rapprezentant tal-Ministeru ghall-Izvilupp Socjali, rapprezentant tat-Taqsima tal-Edukazzjoni, rapprezentant tal-Knisja Maltija u zewg rapprezentanti tal-Federazzjoni tal-Ghaqdiet ghall-Persuni b’Dizabilità.

5.2 Matul dan il-perjodu, l-Ezekuttiv iltaqà 8 darbiet. Il-membri attendew hekk:

Dr Lawrence Gonzi

President

6 minn 8

Joe Camilleri

Chairman

8 minn 8

Fred Bezzina

Direttur Ezekuttiv/Segretarju

8 minn 8

Emmanuel Micallef

Ministeru tal-Zvilupp Socjali

4 minn 5

George Samuel

Taqsima tal-Edukazzjoni

3 minn 8

John Cauchi (1)

Federazzjoni tal-Ghaqdiet ghall-Persuni b’Dizabilità

2 minn 3

Dr Anthony Charles

Federazzjoni tal-Ghaqdiet ghall-Persuni b’Dizabilità

8 minn 8

Fr Charles Abela

Knisja Maltija

7 minn 8

Edgar Galea Curmi (2)

Konsulent fis-Segretarjat

2 minn 2

(1) Beda fil-15 ta’ Frar 1996

(2) Beda bhala osservatur fl-1 ta’ Gunju 1996

6. Is-Segretarjat

6.1 Il-Kummissjoni ghandha Segretarjat li fil-prezent fih 15-il persuna (tnejn fuq bazi part-time) li minnhom disgha ghandhom dizabilità waqt li sebgha huma nisa. Is-Segretarjat joffri opportunitajiet ugwali ta’ xoghol f'kull qasam, fejn il-haddiema kollha jahdmu b'mod produttiv u efficjenti.

6.2 Matul dan il-perjodu, Dr Joe Pace mghejjun mill-istaff tal-Kummissjoni kompla bil-kompjuterizzazzjoni tax-xoghol tas-segretarjat mibdi minn ufficjali tal-Management Systems Unit. F’din is-sena tlesta x-xoghol fuq ir-Registru Nazzjonali tal-Pesuni b’Dizabilità fil-verzjoni riveduta u s-Servizz tal-Karta tal-Identita` Specjali.

7. Hidma f'Ghawdex

Il-Kummissjoni kompliet tahdem mal-Ministeru t'Ghawdex biex jitwaqqaf sotto-kumitat tal-Kummissjoni li jkollu l-ghan li jwettaq il-funzjonijet tal-Kummissjoni f'Ghawdex. Giet identifikata persuna adattata li tkun tista’ tmexxi dan is-sotto-kumitat b'mod effettiv. Hu ttamat li din il-persuna tibda tiffunzjona fi zmien qasir. Il-Kummissjoni accettat ukoll talba tal-Ministeru ghall-Ghawdex biex din il-persuna ghal din is-sena tithallas minn fondi tal-Kummissjoni sakemm isiru arrangamenti mill-istess Ministeru.

 

 

8. Servizzi tal-Kummissjoni

Is-servizzi diretti li l-Kummissjoni taghti lill-persuni b'dizabilità u l-familji taghhom huma dawn:

  • Karta tal-Identita’ Specjali
  • Registru Nazzjonali tal-Persuni b'Dizabilità
  • Servizz Ghajnuniet Specjali
  • Centru ta’ Rizorsi

Il-Kummissjoni taghmel rakkomandazzjoni lid-dipartimenti rispettivi ghal dawn il-beneficcji:

  • Ezenzjoni mid-dazju fuq karozzi
  • Ezenzjoni mill-hlas tal-licenzja tat-triq
  • Il-Blue Sticker
  • Reserved Parking u Keep Clear quddiem residenzi ta’ persuni b'dizabilità.

Rapporti dettaljati dwar dawn is-servizzi qed jinghataw fit-taqsimiet rispettivi.

 

 

PJAN TA’ AZZJONI

 

 

 

1. Il-Programm Dinji ta’ Azzjoni Dwar il-Persuni b'Dizabilità

Il-Kummissjoni dejjem imxiet fuq ir-rakkomandazzjonijiet u l-proposti li l-Gnus Maghquda fasslet u rrakkomandat lill-Gvernijiet kollha f'Il-Programm Dinji ta’ Azzjoni Dwar il-Persuni b'Dizabilità li hareg fl-1983. Fil-fatt dan ir-rappport hu mqassam fuq l-istess linji ta’ dan il-programm. Fi tmiem is-sena 1993, il-Gnus Maqghuda harget ukoll ir-Regoli Standard ghal Opportunitajiet Indaqs ghal Persuni b'Dizabilità. Dan id-dokument jikkomplimenta l-Programm Dinji u ghalhekk il-Kummissjoni, matul l-1996, zammitu wkoll bhala riferenza importanti fit-twettiq ta’ hidmietha.

2. Policy

2.1 Registru Nazzjonali tal-Persuni b'Dizabilità

Matul dan il-perjodu, il-Kummissjoni kompliet tahdem fuq is-survey nazzjonali li hi nediet matul l-1992 billi:

a) lestiet il-modifici li kien hemm bzonn fil-kwestjonarju u l-programm tieghu fil-kompjuter

b) kompliet iddahhal l-informazzjoni li ngabret fil-kompjuters

c) bdiet taghmel analizi ta’ din l-informazzjoni fuq bazi regolari.

Sa Settembru 1996, il-pozizzjoni dwar dan l-istharrig hija hekk:

Nies irregistrati mal-Kummissjoni

4754

Persuni b'dizabilità li wiegbu l-kwestjonarju

4013

Numru ta’ kwestjonarji li ddahhlu fil-kompjuters

4002

 

2.2 Censiment Nazzjonali

L-Ufficcju Centrali tal-Istatistika laqà r-rakkomanazzjoni tal-Kummissjoni biex fic-Censiment Nazzjonali li sar f'Novembru 1996 ikun hemm zewg mistoqsijiet dwar id-dizabilità biex hekk il-Gvern ikollu idea aktar cara ta’ kemm hawn persuni li ghandhom xi dizabilità. Il-Kummissjoni qed tistenna r-rizultati li jistghu johorgu minn dan l-ezercizzju.

3. Rijabilitazzjoni

3.1. Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi

3.1.1 Il-Kummissjoni kompliet taghti sehemha fil-bordijiet tat-tmexxija ta’ Dar il-Wens u l-Fondazzjoni ghas-Servizzi ta’ Respite Care. Fil-fatt il-Kummissjoni hi rapprezentata bi tliet membri fuq il-bord tat-tmexxija tal-Fondazzjoni ghas-Servizzi ta’ Respite Care u b'membru fuq il-bord tat-tmexxija ta’ Dar il-Wens. Barra minn hekk, Dr Gonzi hu wkoll ic-Chairman tal-bord tat-tmexxija ta’ Dar il-Wens.

3.1.2 Il-Kummissjoni, matul dan il-perjodu, bdiet tipprovdi Servizz ta’ Zvilupp ta’ Rizorsi lil Ghaqdiet Mhux Governattivi. Saret hidma ma’ dawn l-organizzazzjonijiet:

    • Dar tal-Providenza biex jigi studjat it-twaqqief ta’ Servizz ta’ Hidma Socjali fi hdan din l-organizzazzjoni.
    • Fondazzjoni ta’ Servizzi ta’ Respite Care biex f’perjodu ta’ bidla fit-tmexxija jkun hemm il-kontinwita necessarja u jkompli l-izvilupp mixtieq.
    • Fondazzjoni Eden fejn esplorajna servizzi godda ta’ matul il-jum u l-izvilupp ta’ proposti konkreti fil-qasam tal-Edukazzjoni Inklussiva.

3.2 Servizz Ghajnuniet Specjali

3.2.1 Bejn Settembru 1995 u Settembru 1996, il-Kummissjoni kompliet toffri s-Servizz Ghajnuniet Specjali biex taghti assistenza finanzjarja u pariri dwar ghajnuniet biex persuni b'dizabilità jkunu jistghu jghixu hajja aktar indipendenti.

Il-hidma ta’ dan is-Servizz, matul din is-sena tista’ tispjegà b'dawn il-figuri:

 

numri ta’ persuni li talbu dan is-servizz

261

 

numri ta’ persuni li hadu pariri u assistenza finanzjarja

116

 

numri ta’ persuni li hadu pariri u self favorevoli mill-bank

3

 

numri ta’ persuni li xtaqu pariri biss

20

 

numri ta’ applikazzjoni li gew accettati mill-Bord izda t-talba taghhom ghadha ma tistax tigi milqugha minhabba limitazzjoni ta’ fondi

 

20

 

numri ta’ persuni li hadu lura l-VAT li kienu hallsu

38

 

numri ta’ applikazzjonijiet li ma kkwalifikawx

7

 

numri ta’ persuni li irtiraw l-applikazzjoni taghhom jew mietu

49

 

numri ta’ applikazzjonijiet ghadhom pendenti

3

 

numri ta’ applikazzjonijiet gew riferuti lill-agenziji ohra ghall-ghajnuna

5

 

numri ta’ apparat gie ritornat u nghata lil applikanti ohrajn

12

 

numri ta’ apparati gew ritornati

4

Somma totali ta’ ghotjiet:

Lm33,953

Somma approvata u ghad trid tithallas

Lm 6,132

Somma totali ta’ self:

Lm12,600

Hlas lura tal-VAT

Lm 3,875

Laqghat tal-bord:

11

Follow-up visits:

51

3.2.2 Kien hemm zewg appelli lill-Ezekuttiv tal-Kummissjoni fuq decizjonijiet ta’ dan il-Bord li t-tnejn ma gewx accettati.

3.2.3 Dan is-servizz kompla jahdem mill-qrib mal-Community Chest Fund. Persuni li jkollhom bzonn jixtru apparat li jiswa aktar mill-massimu li joffri dan is-servizz (Lm500) qeghdin jigu moghtija l-parir biex japplikaw lill-Community Chest Fund biex jigu kkonsidrati halli possibilment jinghataw ghajnuna finanzjarja minn din l-organixzzazzjoni wkoll. Dawn it-talbiet hafna drabi qed jintlaqghu.

3.2.4 Il-Kummissjoni ghamlet modifika zghira fit-thaddim ta’dan is-Servizz biex applikanti li jibqghu fuq il-waiting list, idumu hemm biss sena u wara jkollhom id-dritt li jergghu japplikaw mill-gdid.

3.2.5 Fil-bidu ta’ Settembru, il-Ministru ghall-Izvilupp Socjali, Dr Louis Galea, iltaqà mal-bord li jiehu hsieb l-assistenza finanzjarja ta’ dan is-servizz. Dan il-bord hu kompost is-sinjuri Moses Azzopardi (Chair), Helen Attard, Fr Charles Abela, Carmen Schembri u Dr Antoine Vella. Il-Ministru rringrazzja lill-membri ta’ dan il-bord li tmexxi dan is-servizz, li qed jaghmlu dan ix-xoghol b’impenn u imparzjalita’ fuq bazi volontarja.

3.3 Hearing Aids lill-Studenti Neqsin mis-Smigh

Il-Kummissjoni kellha diversi laqghat mas-Segretarjat u t-Taqsima tas-Sahha biex dan is-servizz mill-ENT Outpatient tal-Isptar San Luqa jitjieb. Wahda mill-problemi hi n-nuqqas ta’ audiology technologists u d-diffikulta’ li jigu attirati studenti biex japplikaw halli jitharrgu f’dan il-qasam. Il-Kummissjoni stampat flyer ghal dan il-ghan li tqassam lill-istudenti waqt il-Career Convention. Ghalkemm xi studenti gew attirati, xorta hadd ma dahal ghal dan it-tahrig u l-problema ghadha hemm.

Wara hafna xhur, jidher li l-istudenti kollha li kellhom bzonn hearing aid issa nghataw wiehed u hu ttamat li ma jibqax ikun hemm dewmien kbir biex studenti jinghataw hearing aids.

Rigward il-moulds tal-hearing aids, ghalkemm is-sitwazzjoni tjiebet xi ftit, xorta ghadha mhiex sodisfacenti.

3.4 Servizz dwar l-Inkontinenza

Id-Dipartiment tal-Anzjani u Bzonnijiet Specjali baqà jipprovdi s-Servizz dwar l-Inkontinenza lil dawk li ghandhom bzonnhom. Biex dan is-servizz ikun aktar personalizzat kien twaqqaf kumitat bejn il-Kummissjoni, dan id-Dipartiment u l-Ghaqda Genituri ta’ Persuni b’Dizabilità halli jghin fl-izvilupp ta’ dan is-servizz. Dan il-Kumitat ghamel kuntratt mal-MMDNA biex ikun hemm ners li ddur il-klijenti ta’ dan is-servizz biex tghinhom jimmanigjaw din il-problema bl-ahjar mod possibli.

 

 

 

 

 

 

4. Opportunitajiet Indaqs

4.1 Legislazzjoni

4.1.1 Ligi Opportunitajiet Indaqs

Fil-bidu ta’ Settembru 1996, il-Kabinett approva l-abbozz tal-Ligi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Dizabilità) li gie pprezentat lilu mill-Ministru ghall-Izvilupp Socjali. Dan sar wara li dan l-abbozz gie diskuss mill-Kummissjoni mal-Avukat Generali tar-Repubblika. Ghal dan il-ghan delegazzjoni tal-Kummissjoni attendiet Konferenza Internazzjonali f’Birmingham, bit-tema Bridging the Gap, li kienet titratta dan is-suggett. Din id-delegazzjoni kienet komposta minn l-Onor Dr L Gonzi, President tal-Kummissjoni, Dr A Borg Barthet, Avukat Genarali tar-Repubblika u Fred Bezzina Direttur Ezekuttiv tal-Kummissjoni.

Il-Gvern Nazzjonalista kellu hsieb li jressaq dan l-abbozz fil-parlament hekk kif dan jerga’ jiltaqà wara l-vaganzi tas-Sajf. Dan ma sarx ghax il-Parlament gie xolt.

4.1.2 Il-Ligi tal-VAT

Il-Kummissjoni ressqet lid-Dipartiment tal-VAT lista komprensiva ta’ oggetti li ghandhom ikunu ezentati mill-VAT. Din il-lista hi mahsuba biex tghin lill-ufficcjali tal-VAT u tad-Dwana biex ikunu jistghu jinterpretaw din il-Ligi b'mod aktar efficcjenti, b'heffa u b'konsistenza. Din il-lista, li trid tkun aggornata minn zmien ghal zmien, giet accetta mid-Dipartiment tal-VAT u tad-Dwana u bdiet tigi uzata mill-bidu tas-sena 1996.

4.1.3. Ligi dwar is-Sigurta` Socjali

Il-Kummissjoni Nazzjonali rceviet diversi lmenti minn familji ta’ persuni b’dizabilità li l-emendi li kienu se jsiru fil-Ligi tas-Sigurta`` Socjali dwar l-Allowance tat-Tfal u l-Allowance Specjali kienu ser jolqtuhom hazin. Il-Kummissjoni minn dejjem argumentat li, peress li f’Malta jezistu limitazzjonijiet kbar ta’ rizorsi, taqbel mal-principju ta’ ezami ta’ mezzi, basta dan l-ezami jiehu konsiderazzjoni tal-fatt cert li persuna b’Dizabilità ghandha spejjez aktar minhabba d-dizabilita` taghha.

Ghalhekk il-Kummissjoni ressqet zewg proposti lill-Ministeru ghall-Izvilupp Socjali

a) li l-allowance specjali lil tfal b’Dizabilità ma tinghatax jekk id-dhul jaqbez Lm13,000 minflok Lm10,000 bhal ma hi fil-kaz ta’ genituri ohrajn;

b) li din l-allowance lil tfal b’Dizabilità tibda tigi kkalkulata minn meta d-dhul ikun ta’ Lm9,000 minflok Lm6,000;

c) li meta z-zewg genituri jahdmu, fil-kaz ta’ tfal b’Dizabilità, id-dhul ta’ genitur wiehed, dak li jkun l-oghla, jigi kkunsidrat ghall-finijiet tal-ezami tal-mezzi.

Il-Gvern accetta dawn il-proposti u saru l-emendi necessarji li gew approvati mill-Parlament Malti. Il-Kummissjoni thoss li permezz ta’ dawn l-emendi, il-Gvern accetta l-principju li persuna b’Dizabilità ghandha aktar spejjez minhabba d-dizabilita` taghha u dan ghandu jigi kkunsidrat fil-kalkoli tal-ezami tal-mezzi.

 

 

4.2 Karta ta’ l-Identita’ Specjali

a) Il-Kummissjoni kompliet tohrog il-Karta ta’ l-Identita’ Specjali lill-persuni b'dizabilità. Matul dan il-perjodu:

 

numru ta’ persuni li rcevew din il-karta (biex issa hemm 3182 li ghandhom din il-karta)

589

 

numru ta’ persuni geddew din il-karta

152

 

numru ta’ applikazzjoni ghadhom qed jigu studjati

17

 

numru ta’ applikazzjoni ghadhom pendenti ghax ma tawx l-informazzjoni kollha necessarja lill-Kummissjoni.

11

b) Il-Kummissjoni ghamlet talba lill-Kummissjoni Elettorali biex persuni li ghandhom din il-Karta tal-Identita Specjali jkunu jistghu jaqbzu l-kju meta jmorru biex jivvutaw kemm fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kif ukoll fl-Elezzjoni Generali. Din it-talba giet accettata.

c) Il-Kummissjoni ghamlet talba lil Malta Basketball Association biex persuni li ghandhom din il-karta jkunu jistghu jattendu ghall-attivitajiet taghhom minghajr hlas. Din it-talba giet accettata.

4.3 Access Fiziku

4.3.1 Blue Sticker

Matul dan il-perjodu, il-Kummissjoni temmet l- ezercizzju biex tibdel il-Blue Stickers l-antiki kollha. Hekk issa l-persuni b’dizabilità kollha li huma intitolati ghal dan il-beneficcju ghandhom Blue Sticker gdid li johrog fuq il-persuna b’dizabilità nfisha.

Il-Kummissjoni kompliet ukoll taghmel rakkomandazzjonijiet lill-Bord ghall-Kontroll tat-Traffiku biex persuni b’dizabilità jkollhom dan il-Blue Sticker.

Sa l-ahhar ta’ Settembru 1996, il-Kummissjoni f’dan il-qasam hadmet hekk:

 

Numru ta’ applikazzjonijiet godda

314

 

Numru ta’ persuni li geddew il-Blue Sticker

402

 

Applikazzjonijiet pendenti

10

 

4.3.2 Reserved Parking Areas

Matul din is-sena l-Kummissjoni kompliet taghmel rakkomandazzjonijiet lill-Bord ghall-Kontroll tat-Traffiku biex persuni b'dizabilità severa ta’ mobilita’ jkollhom Reserved Parking Area jew Keep Cear quddiem id-dar taghhom. Ir-Reserved Parking Area tinghata lill-persuni li ghandhom bzonn dan il-beneficcju u li ghandhom karozza waqt li l-Keep Cear (wiesgha 1.5 metru) tinghata lil dawk li juzaw siggu tar-roti imma ma ghandhomx karozza. Matul dan il-perjodu, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni kienu hekk:

 

 

 

 

hadu r-Reserved Parking Area

42

 

hadu l-Keep Clear

14

 

ma gewx approvati

43

 

applikazzjonijiet ghadhom pendenti

6

Il-Kummissjoni kompliet issostni li rakkomandazzjoni ghar-Reserved Parking Areas u l-Keep Clear quddiem residenzi privati ta’ persuni b'dizabilità ghandhm isiru mill-Kunsilli Lokali lill-Bord ghall-Kontroll tat-Traffiku. Din ir-rakkomandazzjoni giet accettata kemm mill-Pulizija kif ukoll mill-Kunsilli Lokali nfushom. Sfortunatament il-Bord ghall-Kontroll tat-Traffiku ta parir lill-Ministeru tat-Trasport u Telekomunikazzjonijiet biex din ir-rakkomandazzjoni ma tkunx accettata.

4.3.3 Fondazzjoni Trasport ghal Hajja Indipendenti

Fl-ahhar tal-1994, twaqqfet il-Fondazzjoni Trasport ghal Hajja Indipendenti mill-Kummissjoni u l-Fondazzjoni Djar ghal Hajja Indipendenti. Matul l-1996, din il-Fondazzjoni kompliet taghti servizz ta’ trasport individwalizzat lill-persuni b'dizabilità ghal skopijiet ta’ xoghol u edukazzjoni.

Biex din il-Fondazzjoni tkun tista’ twettaq hidmietha, il-Kummissjoni ghamlet ghotja finanzjarja ta’ Lm10,000 lil din il-Fondazzjoni u anké ssekondat persuna full-time biex tmexxieha.

4.3.4 Regolamenti tal-Bini

Matul dan il-perjodu, is-sotto-kumitat mahtur apposta mill-Ministeru tal-Ambjent biex jifformola r-regolamenti godda tal-bini halli bini miftuh ghall-pubbliku jkun accessibbli ghal kulhadd lesta x-xoghol tieghu u ghadda dawn ir-regolamenti lill-Ministru koncernat. Il-Kummissjoni kienet rapprezentata fuq dan il-Kumitat u tittama li dan ix-xoghol importanti jhalli l-frott mixtieq.

4.3.5 Trasport Pubbliku

Il-Kummissjoni laqghet bil-ferh id-decisjoni tal-Awtorita’ tat-Trasport li l-karozzi tal-linja l-godda li ser jinxtraw ser ikunu low floor. Dan ifisser li dawn il-karozzi tal-linja ser ikunu accessibli ghall-maggoranza assoluta tal-pubbliku b’mod specjali l-anzjani u persuni ohra li ghandhom problemi ta’ mobilita’.

Il-Kummissjoni kompliet tinsisti li dawn il-karozzi tal-linja l-godda ghandhom ikollhom ukoll rampa li tidhol u tohrog biex ikunu accessibli wkoll ghall-persuni b’dizabilità li juzaw siggu tar-roti. L- Awtorita’ tat-Trasport iddecidiet li tipprova soluzzjoni ohra cjoé li tipprova tadatta numru ta’ bus stops biex hekk persuni li juzaw is-siggu tar-roti jkunu jistghu juzaw dawn il-karozzi tal-linja.

Il-Kummissjoni wkoll accettat li tibghat rapprezentanti taghha fuq kumitat li l- Awtorita’ tat-Trasport waqqfet biex tara li s-servizzi taghha jkunu accessibli ghal kulhadd. Ir-rapprezentanti tal-Kummissjoni fuq dan il-Kumitat huma s-sinjuri Joe Camilleri u Fred Bezzina.

 

4.3.6 L-Awtorita’ tal-Ippjanar

Il-Kummissjoni kompliet tkun rapprezentata minn Dr A Charles fuq il-Kumitat Konsultattiv tal-Awtorita’ tal-Ippjanar u fih ghamlet diversi rapprezentazzjonijiet dwar dokumenti li johrog dan il-Kumitat biex jigi osservat il-principju tal-Accessibilita’ ghal Kulhadd.

Il-Kummissjoni ghamlet ukoll zewg rakkomandazzjonijiet lill-Awtorita tal-Ippjanar dwar il-Principju ta’ Accessibilita` ghal Kulhadd. Dawn huma:

a) li jsir tahrig dwar issues tad-dizabilita` lill-Enforcement Officers tal-Awtorita`. Ghalkemm saru diversi tahditiet dwar din il-proposta, din baqghet ma twettqitx.

b) li l-Awtorita` jkollha Ufficjal dwar l-Accessibilita` halli jara li l-principju ta’ Accessibilita` ghal Kulhadd jigi implimentat fl-approvazzjonijiet ghall-bini li johorgu mill-Awtorita`. Il-Kummissjoni ma rceviet l-ebda risposta dwar din il-proposta.

4.3.7 Fondazzjoni ghax-Xjenzi Medici u Servizzi

Din il-Fondazzjoni ghandha r-responsabilita` tal-bini tal-Isptar San Raffaele u r-refurbishing ta’ l-isptar San Luqa. Il-Kummissjoni talbet li dan ix-xoghol jimxi fuq il-principju ta’ Accessibilita` ghal Kulhadd. Ghal dan il-ghan gie decis li jitwaqqaf kumitat bejn iz-zewg nahat halli jassigura dan. Ir-rapprezentanti tal-Kummissjoni huma s-sur Joe Camilleri u l-Perit Patrick Camilleri.

4.3.8 Librerija Pubblika

Il-Kummissjoni kellha kuntatti mal-Librerija Pubblika tal-Floriana fuq diversi punti fosthom li:

a) il-bini jsir accessibli ghal kulhadd. Fil-fatt fit-tibdil li qed isir qed jiehdu konsiderazzjoni biex dan isir.

b) is-sistema tal-kompjuter li ser jinstallaw tkun accessibli ghal kulhadd inkluz persuni ghomja.

c) xoghol ta’ data entry possibilment isir minn persuni b’dizabilità. Fil-fatt dan qed isir permezz tal-Koporazzjoni tal-Impjiegi u t-Tahrig.

d) zvilupp tas-Servizz tat-Talking Book ghall-persuni ghomja u li ma jistghux jaqraw.

e) kollaborazzjoni akbar bejn din il-librerija u c-Centru tar-Rizorsi tal-Kummissjoni.

4.3.9 Il-Kummissjoni kellha kuntatti dwar il-principju tal-Accessibilita` ma’ diversi progetti ohra fosthom:

  • Is-sub-way tal-By-pass ta’ B’kara --- fil-fatt din saret kompletament accessibli ghal kulhadd.
  • Ic-Centru tal-Arti l-gdid fil-belt Valletta --- ma kelniex risposta mill-awtoritajiet koncernati.
  • Ic-Centri ta’ Matul il-Jum ghat-Tfal --- kellna assigurazzjoni li dawn ser ikunu fizikament accessibli ghal kulhadd.
  • Il-vapuri tal-Gozo Channel --- ma kellniex risposta minn din il-Kumpanija.
  • Il-Junior Lycuem il-gdid ta’ Santa Lucija --- kellna assigurazzjoni li dan ser ikun fizikament accessibli ghal kulhadd.

4.4 Accessibilita’ ghall-Informazzjoni

4.4.1 L-Informatika u l-Persuni b’Dizabilità

Il-Kummissjoni Nazzjonali, bl-ghajnuna tal-Management Systems Unit (MSU), bdiet b’esperiment Centru Malti ghall-Access tat-Teknologija tal-Informatika (CITAM). Dan ic-Centru jinsab f’Gattard House.

Il-ftuh ta’ dan ic-Centru sar fi zmien li l-Kummissjoni, bl-ghajnuna tal-istess MSU u l-Ambaxxata Amerikana f’Malta, gabet esperta Amerikana, Ms Susan Brummel, (Direttrici tac-Centre for Information Technology Accommodation, General Service Adminsitration, USA) biex tghinna nifformolaw il-politika nazzjonali taghna ghal dan il-qasam importanti. Waqt din iz-zjara, li saret bejn 15 u t-18 t'April 1996, il-Kummissjoni organizzat erbà workshops li ffukaw fuq issues ta’ dizabilita` u l-informatika relatati mas-setturi:

a) tal-edukazzjoni

b) tal-impjiegi

c) il-bzonnijiet tal-ghaqdiet mhux governattivi u

d) l-issues ta’ kordinament.

Il-Kummissjoni qed tistudja l-proposti u s-suggerimenti li hargu minn dawn il-workshops biex eventwalment tifformola abbozz ta’ din il-politika halli tkun tista’ tigi diskussa mal-partijiet kollha koncernati qabel ma tippubblika d-dokument finali.

Wahda mis-suggerimenti li hargu minn dawn il-workshops kien li dan ic-Centru tal-Informatika jitwaqqaf fuq bazi permanenti. Il-Kummissjoni temmen li l-informatika hi element importanti biex persuni b’dizabilità jidhlu fid-dinja tax-xoghol u ghalhekk bdiet diskussjonijiet mal-Korporazzjoni tal-Imjpiegi u t-Tahrig biex naraw kif iz-zewg nahat jistghu jikkollaboraw flimkien biex dan ic-Centru jitmexxa fuq bazi permanenti.

Sadanittant, f’dan ic-Centru, gie organizzat kors mill-Korporazzjoni tal-Impjiegi u t-Tahrig lil tliet persuni ghomja fl-uzu tal-kompjuters permezz ta’ speech synthesizer u Braille printer. Dan il-kors tmexxa mis-sur Michael Micallef, persuna hi stess ghamja. Dan kien ripetizzjoni ta’ kors simili li kien gie organizzat mill-Kummissjoni stess fl-ufficini taghha lil tliet persuni ghomja ohra.

4.4.2 Kumitat Kongunt bejn il-Kummissjoni u t-Telemalta

Dan il-kumitat baqà jiltaqà b’mod regolari u kien hemm zviluppi konkreti f’erbà oqsma partikolari, li huma:

a) il-programm kompjuterizzat tad-direttorju tat-telefon, Infotel, gie modifikat biex ikun jista’ jigi uzat anke minn persuni ghomja. Hu ttamat li fi zmien xahrejn tigi ppubblikata din il-verzjoni.

b) dan il-kumitat ghamel talba lit-Telemalta biex persuni b'dizabilita` li ghandhom bzonn ikollhom CD Rom tad-direttorju minhabba d-dizabilita` taghhom (ez persuni ghomja jew b'dizabilita` fizika severa, jinghataw din ic-CD Rom minghajr hlas. It-Telemalta accettat din it-talba u qed isiru l-arrangamenti necessarji biex din il-mizura tigi implimentata.

c) il-Korporazzjoni Telemalta tat 600 unit fis-sena minghajr hlas lill-persuni neqsin mis-smigh li ghandhom it-textelefon peress li telefonati b’dan l-apparat jiehdu aktar hin minn telefonati regolari.

d) Il-Korporazzjoni installat textelefons fil-ferghat taghha ta’ Paceville u f'Victoria f’Ghawdex biex persuni neqsin mis-smigh ikunu jistghu jikkomunikaw anke bit-telefon minn dawn il-postijiet.

Dan il-kumitat ukoll ressaq il-proposti tieghu lit-Telemalta dwar il-Consumer’s Charter biex nassiguraw li l-persuni b’dizabilità jkollhom opportunitajiet indaqs f’dan il-qasam.

4.4.3. Servizz ta’ Relay ghat-Textelefon

Il-Kummissjoni Nazzjonali, bl-appogg shih tal-Korporazzjoni Telemalta, kienet waqqfet fuq bazi temporanja Servizz limitat ta’ Relay ghall-persuni neqsin mis-smigh li juzaw it-textelefon. Dan ir-relay jassigura li persuni li juzaw it-textelefon ikunu jistghu jcemplu lil kull abbonat tat-telefon.

Biex tkompli tizviluppa dan is-servizz, il-Kummissjoni talbet lill-kumpanija SkyTel biex dan is-Servizz tar-Relay jithaddem minnha fuq bazi ta’ 24 siegha kuljum peress li hi ghandha servizz simili. Din il-proposta giet accettata mill-iSkyTel u issa dan is-servizz beda jinghata minnhom fuq bazi ta’ 24 siegha kuljum is-sena kollha. Biss bejn l-10 p.m u s-7.a.m jistghu jsiru biss telefonati qosra minhabba li jkun hemm operatur wiehed/ wahda biss. Dan hu zvilupp importanti hafna f’dan il-qasam ghax barra li jassigura opportunitajiet indaqs fl-uzu tat-telefon lill-persuni neqsin mis-smigh, Malta saret it-tieni pajjiz fid-dinja li toffri dan is-servizz il-hin kollu. In-numru tat-telefon tas-servizz tar-Relay hu 493167.

4.4.4. Progett tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija

Il-Kummissjoni tat l-appogg kollu taghha lill-Istitut tal-Lingwistika tal-Universita’ ta’ Malta, li bl-ghajnuna tal-Grupp Familji tal-Persuni Neqsin mis-Smigh beda ricerka fil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Il-Kummissjoni, barra li tat l-appogg kollu taghha ghal dan il-progett qed tghin ukoll billi tipprovdi haddiema taghha biex jaghmlu xoghol ta’ interpretu, is-sur Ronald Caruana, li hu persuna li jikkomunika bis-sinjali, u s-sur Silvio Pace, li hu persuna nieqsa mis-smigh.

4.5 Ezenzjoni mit-Taxxa tar-Registrazzjoni

Il-Kummissjoni kompliet taghmel rakkomandazzjonijiet biex id-Dipartimenti tal-Licenzji u tad-Dwana jezentaw persuni b'dizabilità mit-taxxa tar-registrazzjoni u/jew dazju fuq karozzi li jkollhom bzonn. Matul din is-sena, il-Kummissjoni ghamlet dawn ir-rakkomandazzjonijiet:

 

 

 

 

Applikazzjonijiet rakkomandati

 

82

 

Dawn huma maqsuma hekk:

 

 

 

 

 

 

 

 

Karozzi adattati/awtomatici

32

 

 

Vannijiet li jiehdu siggu tar-roti

5

 

 

Karozzi normali

55

 

Applikazzjonijiet pendenti

 

22

 

Applikazzjonijiet mhux eligibbli

 

10

 

Applikazzjonijiet irtirati

 

17

4.6 Ezenzjoni mill-Hlas tal-Licenzja tat-Triq

Il-Kummissjoni kompliet taghmel rakkomandazzjonijiet lill-Ministeru tal-Finanzi biex, sewwieqa li ghandhom dizabilità skond l-Att tas-Sigurta’ Socjali (1987) jew li ghandhom karozza modifikata minhabba d-dizabilità taghhom, jigu ezentati mill-hlas tal-Licenzja tat-Triq. Matul dan il-perjodu dan il-beneficcju nghata hekk:

 

Ezenzjonijiet

44

Applikazzjonijiet pendenti

5

Applikazzjonijiet li ma kkwalifikawx

7

Applikazzjonijiet irtirati

8

Ezenjonijiet imgedda

2

4.7 Edukazzjoni

4.7.1. Konferenza Generali - L-Edukazzjoni Specjali f’Malta

Fl-okkazjoni tas-Sena Internazzjonali tat-Tfal il-Kummissjoni ddecidiet li torganizza Konferenza Nazzjonali dwar l-Edukazzjoni Specjali f'Malta. Ghal dan il-ghan, wara konsultazzjoni mal-Ghaqdiet Volontarji kollha li jahdmu f’dan il-qasam, genituri u persuni b'dizabilita`, il-Kummissjoni hejjiet rapport komprensiv biex tigi stabbilita l-qaghda prezenti ta’ dan il-qasam fid-dawl tad-dokument L-Edukazzjoni Specjali f'Malta - Policy Nazzjonali li gie ppubblikat tliet snin qabel, fl-1993.

Dan ir-rapport intbaghat lill-Ministeru tal-Edukazzjoni u lill-Malta Union of Teachers li accettaw li jaghtu r-reazzjonijiet taghhom ghal dan il-rapport waqt din il-konferenza.

Il-Konferenza saret is-Sibt 18 ta’ Mejju 1996, fil-Lukanda Suncrest. Wara li l-Onor Dr Lawrence Gonzi pprezenta fil-qosor ir-rapport tal-Kummissjoni, kien hemm ir-reazzjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni pprezentata mill-Onor Michael Falzon u r-reazzjoni tal-Malta Union of Teachers, ipprezentata mis-sur Frank Mallia. Kien hemm ukoll diversi interventi mill-pubbliku li attenda.

Il-Kummissjoni ppubblikat ktieb bid-diskorsi u l-interventi kollha ta’ din il-konferenza. Din il-pubblikazzjoni diga` tqassmet lill-awtoritajiet koncernati, lil dawk kollha li attendew din il-konferenza flimkien ma’ organizzazzjonijiet u individwi li jahdmu f'dan il-qasam. Din il-pubblikazzjoni tista’ tinkiseb bil-Malti, b'tipa kbira, fuq audio jew f'diskette tal-kompjuter.

4.7.2. Laqghat mal-Ministeru tal-Edukazzjoni

Bhala rizultat dirett tal-Konferenza Nazzjonali - L-Edukazzjoni Specjali f’Malta, il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilità ftiehmu li jibdew laqghat regolari halli jithejja pjan biex jigu implimentati r-rakkomandazzjonijiet li hargu minn din il-konferenza.

Id-delegazzjoni tal-Ministeru kienet maghmula mis-Sur Joe Curmi, Segretarju Permanenti, is-sur Frederick Fearne, Direttur Generali u s-sur Andrew Buhagiar, Direttur waqt li dik tal-Kummissjoni kinet maghmula mill-Onor Dr Lawrence Gonzi, President, is-sur Joe Camilleri, Chairman, is-sur Fred Bezzina, Direttur u s-sur Edgar Galea Curmi. F'laqgha minnhom attenda wkoll l-Onorevoli Michael Falzon, Ministru tal-Edukazzjoni.

Gew identifikati diversi oqsma ta’ prijorita` fosthom:

a) L-assessment edukattiv ta’ studenti b’Dizabilità u l-programm edukattiv individwali

Gie deciz li titfassal politika cara f’dan il-qasam.

b) Imgieba Difficli Hafna

Gie deciz li jintbaghat kwestjonarju lill-Kapijiet tal-Iskejjel dwar dan is-suggett biex eventwalment titfassal politika dwar dan u jibda t-tahrig tal-personnel necessarju. Saru preparamenti biex Dr Garry LaVigna, espert dinji f’dan il-qasam jingieb Malta biex jibda dan it-tahrig.

c) L-Intervent Bikri

Il-Kummissjoni rrakkomandat li l-Ministeru tal-Edukazzjoni jassumi r-responsabilita` ta’ dan il-qasam, bil-kontribut sostanzjali ta’ oqsma ohra, fosthom tas-Sahha u tal-Assistenza Socjali. Fil-principju hemm qbil bejn iz-zewg nahat, ghalkemm iridu jsiru aktar diskussjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ mizura bhal din.

d) L-Edukazzjoni Inkluziva

Hemm qbil bejn il-Ministeru u l-Kummissjoni dwar il-principju tal-Edukazzjoni Inkluziva ghall-persuni b'dizabilita` u li din tista’ tiehu forom diversi b'riferenza specjali ghall-persuni neqsin mis-smigh u ghomja. F'dan il-qasam ittiehdu diversi inizjattivi pozittivi. Deher il-bzonn urgenti li titfassal policy cara dwar dan il-qasam biex jigi deciz il-mudell li fuqu ser nimxu. Ghal dan il-ghan gie deciz li jsir working group kompost minn ufficjali gholja tal-Kummissjoni, tal-Ministeru u t-Taqsima tal-Edukazzjoni, tal-Universita` u tal-Malta Union of Teachers, biex tigi stabbilita din il-policy.

e) Ufficjali Gholja fi hdan it-Taqsima tal-Edukazzjoni Specjali

Il-Kummissjoni wriet it-thassib taghha li diversi karigi gholjin fi hdan it-Taqsima tal-Edukazzjoni Specjali jinsabu battala u li dawn qed idumu biex jimtlew. Il-Kummissjoni talbet ukoll li dawn il-postijiet jimtlew minn ufficjali li jkollhom l-istess vizjoni tat-Taqsima. Il-Ministeru qasam din il-preokkupazzjoni u stqarr li qed ikun hemm diffikultajiet kbar biex jimtlew dawn il-postijiet ghax mhumiex jinstabu ufficjali li jikkwalifikaw skond il-ftehim li sar mal-Malta Union of Teachers. Saru u qed isiru diskussjonijiet mal-Union biex din il-problema tigi rizolta imma s’issa ghadha ma nstabet l-ebda soluzzjoni. Gie deciz li dan il-punt jitqajjem ukoll fil-working group li hemm ippjannat li jinhatar fi zmien qasir.

4.7.3. Laqgha mar-Rettur il-Gdid tal-Universita`

Il-Kummissjoni kellha laqgha mar-Rettur il-Gdid tal-Universita`, il-Professur Roger Ellul Micallef li fiha gew diskussi diversi oqsma u saru diversi rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni.

Fost l-oqsma li gew diskussi hemm

a) li l-Universita` tfassal policy cara dwar opportunitajiet indaqs, li tinkludi policies tal-impjieg, l-accessibilita`, kemm dik fizika kif ukoll informattiva, provediment ta’ sapport kemm edukattiv kif ukoll ta’ assistenza personali u provedimenti specjali ghall-ezamijiet.

b) li fit-tahrig ta’ professjonisti, jinghata gharfien dwar l-issues tal-persuni b’dizabilità.

c) li korsijiet organizzati ghall-professjonisti li jahdmu direttament mal-persuni b’dizabilità jigu organizzati f’policies cari li dwarhom ikun hemm qbil mill-partijiet kollha involuti.

d) li l-Kummissjoni tkun rapprezentata fuq bordijiet tal-Universita` fejn hemm involviment qawwi f'dan il-qasam.

Gie deciz li dawn il-punti jkomplu jigu diskussi f’aktar dettal fil-futur qarib biex minnhom ikun hemm rizultati konkreti.

4.7.4 Kompjuterizzazzjoni u l-Iskejjel

It-Taqsima tal-Edukazzjoni qed thejji biex l-iskejjel tal-Gvern jibdew juzaw il-kompjuters fl-iskejjel taghna kemm bhala mezz ta’ taghlim kif ukoll bhala suggett fil-kurrikulum. Il-Kummissjoni talbet li l-programmi tal-kompjuters maghzua jkunu accessibli ghal kulhadd inkluz persuni b’dizabilità. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni rrakomanda li jitwaqqaf kumitat bejn il-Kummissjoni u ufficjali gholija tat-Taqsima tal-Edukazzjoni dwar dan is-suggett. Dan il-kumitat ghad irid jigi appuntat.

4.7.5 L-Edukazzjoni tal-Persuni Neqsin mis-Smigh


Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, bi qbil mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilità waqqaf Kummissjoni biex taghmel rakkomandazzjonijiet dwar l-Edukazzjoni tal-Persuni Neqsin mis-Smigh. Il-Ministeru talab lill-Universita` ta’ Malta biex taghhmel kors ta’ tahrig ghall-ghalliema tal-persuni neqsin mis-smigh. L-Universita` accettat din it-talba u gie deciz li l-membri tal-Bord tal-istudji ta’ dan il-kors jkunu ukoll il-membri ta’ din il-Kummissjoni.

Din il-Kummissjoni hi mmexxieha minn Dr Marie Alexander u l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilità hi rapprezentata fuq din il-Kummissjoni permezz tas-sur Fred Bezzina. Is-segretarjat tal-Kummissjoni qed joffri ukoll is-servizz tas-Sur Ronald Caruana biex jinterpreta lill-persuni neqsin mis-smigh membri ta’ din il-Kummissjoni matul dawn il-laqghat.

 

 

4.8 Impjiegi

4.8.1. Messagg tal-Ewwel ta’ Mejju

Fl-ewwel ta’ Mejju diversi organizzazzjonijiet johorgu messaggi dwar diversi aspetti tad-dinja tax-xoghol. Din is-sena, il-Kummissjoni harget messagg biex tigbed l-attenzjoni tal-pubbliku dwar il-bzonn li l-persuni b’dizabilità jiffurmaw parti mid-dinja tax-xoghol billi jinghataw opportunitajiet indaqs u tispicca d-diskriminazzjoni kontriehom minhabba d-dizabilita` taghhom.

4.8.2 Centri ta’ Matul il-Jum

Matul dan il-perjodu, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilità uriet il-preokkupazzjoni kbira taghha ghall-fatt li numru sostanzjali ta’ adulti b’dizabilità mentali qeghdin jistennew biex jidhlu fic-Centri ta’ Matul il-Jum li huma mmexxija mid-Dipartiment tal-Anzjani u Bzonnijiet Specjali. Barra minn hekk, numru iehor ta’ persuni b’dizabilità f’Settembru spiccaw mill-Iskejjel Specjali u ma sabux post f’dawn ic-Centri.

Il-Kummissjoni ghamlet diversi laqghat ma’ ufficjali gholja ta’ dan id-Dipartiment, primarjament mas-Sur Carmel Degabriele, Direttur Generali, u s-sur John Buhagiar, Direttur. L-azzjonijiet li ttiehdu biex tigi rizolta din is-sitwazzjoni kerha kienu dawn:

a) sar liaison mal-Korporazzjoni tal-Impjiegi u t-Tahrig biex isir assessment ta’ persuni li jattendu c-Centri u li ser johorgu mill-iskejjel specjali, biex uhud minnhom jibdew jattendu s-Sheltered Workshop li l-Korporazzjoni ser tiftah f’Hal Far bil-ghan li tittrenjahom ghal impjieg aktar miftuh. Parti minn dan l-ezercizju diga` sar u hu mistenni li dan il-Workshop jiftah f’Ottubru li gej.

b) bdew kuntatti biex jinstab bini halli jinfetah Centru gdid. Hargu sejhat pubblici ghall-offerti biex jinxtara jew jinkera post. Gie identifikat post f’Wied il-Ghajn u ghaddejjin in-negozjati biex dan il-post jinxtara. Sfortunatament dawn in-negozjati hadu fit-tul wisq minhabba problemi finanzjarji.

c) il-Kummissjoni insistiet li d-Dipartiment ghandu jimpjega Manager u haddiema ohra immedjatament halli jibdew jinghataw servizzi ta’ matul il-jum anke fuq bazi temporanja lil dawk li qed jistennew. Qed isiru diskussjonijiet biex tohrog sejha ghall-applikazzjonijiet biex dawn il-haddiema jigu impjegati.

Il-Kummissjoni hi preokkupata wkoll li d-Dipartiment tal-Anzjani u Bzonnijiet Specjali ma ghandu l-ebda struttura interna biex tippjana u tikkordina dan il-qasam. Il-Kummissjoni ghamlet rakkomandazzjonijiet prattici f’dan is-sens. Dawn gew accettati mid-Dipartiment u qed jittiehdu mizuri biex dawn jigu implimentati.

Il-Kummissjoni insistiet ukoll li s-servizzi li jinghataw fic-Centri jitjiebu billi:

a) ir-riorganizzazzjoni tal-haddiema ta’ dawn ic-Centri tigi implimentata. Sfortunatament kien hemm anke strajk mill-Careworkers minhabba f’hekk. Din l-implimentazzzjoni miexja u nittamaw li tintemm fi zmien qasir.

b) jigu estizi l-bini tac-Centri ta’ Hal Far u l-Imtarfa. Fil-fatt dan sar u diga` nbeda x-xoghol. Il-Kummissjoni tinsisti li dawn l-estenzjonijiet huma intizi biex is-servizzi ezistenti jitjiebu u mhux biex ic-Centri jkomplu jikbru fin-numru ta’ persuni li jattendu fihom.

c) il-haddiema ezistenti jinghataw aktar tahrig. Il-Kummissjoni F'Ottubru li gej ser tibda kors f'Management Skills ghall-kapijiet ta’ dawn ic-Centri flimkien ma’ kapijiet minn oqsma ohra relatati.

d) inkorraggiet inizjattivi innovattivi f’dan il-qasam, bhal ma huma

i) ic-Centru tal-Imtarfa bl-ghajnuna tad-Dipartiment tal-Agrikoltura fetah rabbitry fl-Ghammieri li qed titmexxa minn numru zghir ta’ persuni b’dizabilità intelletwali, bil-ghajnuna tal-careworkers u

ii) ic-Centru ta’ Ghawdex qed iharreg persuni b’dizabilità li jaghmlu xoghol ta’ tindif fl-ufficini tal-Kunsilli Lokali.

e) kompliet taghti sehemha fil-bord tat-tmexxija tac-Centru ta’ Ghawdex permezz tas-sur Fred Bezzina. Dan il-metodu ta’ tmexxija decentralizzata hu esperiment li hemm bzonn li jigi sostnut biex, jekk jinstab li jahdem, jigi estiz ghac-Centri l-ohra.

4.8.3. Ezamijiet Pubblici

a) Il-Kummissjoni ilha tinsisti li fl-ezamijiet pubblici, persuni b'dizabilita` jkollhom opportunitajiet indaqs. Id-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, ghamel dan fil-prattika. Fl-ahhar sejha ghar-ricevituri tal-Lottu Pubbliku, persuni b'dizabilita` nghataw prijorita` biex hekk huma jkunu jistghu jiksbu impjieg addattat ghalihom. Il-Kummissjoni tapprezza l-kooperazzjoni li sabet minghand dan id-Dipartiment f'dan ir-rigward.

b) Fis-sejha ghall-applikazzjoni ta’ skrivani mal-Mid-Med Bank kien hemm klawsola li tghid li l-applikanti jridu jkunu "minghajr difett fiziku jew mentali li jista’ jfixkilhom fil-qadi sewwa ta’ dmirijiethom." Il-Kummissjoni kienet ghamlet diversi rapprezentazzjonijiet biex din il-klawsola tispicca minn sejhat pubblici governattivi. Il-Kummissjoni ghamlet rapprezentazzjonijiet qawwija mal-Mid-Med Bank u dawn accertawna li din il-klawsola mhux ser tibqà tintuza. Huma ukoll kitbu lill-Assocjazzjoni Maltija tal-Banek Kummercjali dwar din il-problema.

4.9 Servizzi Residenzjali

4.9.1 Il-Kummissjoni temmen li wahda mill-akbar problemi li jiffaccjaw persuni b'dizabilità u l-familji taghhom, h hi x’jigri minnhom meta l-carers taghhom ma jkunux jistghu jibqghu jiehdu hsiebhom ghal xi raguni jew ohra. Ghal dan il-ghan, is-Sur Edgar Galea Curmi gie impjiegat maghha bhala konsulent biex ikompli jahdem fuq ir-rapport li hu pprezenta lil Kummissjoni u li ser ikun il-bazi ta’ Policy Nazzjonali f'dan il-qasam.

4.9.2 Il-Kummissjoni waslet fi qbil mal-Awtroità tad-Djar biex din l-Awtorita` tipprovdi fuq bazi regolari numru ta’ appartamenti biex jintuzaw fi skemi ta’ "Djar Issapportjati". Dawn l-iskemi huma intzi li numru zghir (minn tlieta sa erbà) ta’ persuni b’dizabilità intelletwali jinghataw is-sapport li ghandhom bzonn biex ighixu hajja fil-komunita`.

4.9.3 Barra minn hekk il-Kummissjoni Nazzjonali laqghet b’entuzjazmu dikjarazzjoni tal-Gvern, kif espressa mill-Prim Ministru, li l-kriterju ewlieni li ser ikun uzat biex persuna anzjana tidhol f’Dar tal-Anzjani Governattiva ser ikun il-bzonn u mhux l-eta`. Ghalhekk persuni anzjani li huma semi-indipendenti mhux ser jibqghu jigu eskluzi minn dawn id-Djar. Il-Kummissjoni tara dan il-pass bhala process twil fejn il-Gvern u l-Kunsilli Lokali jibdew jaraw dawn id-djar bhala rizorsi li ghandhom jitpoggew ghad-dispozizzjoni ta’ dawk kollha li l-aktar li ghandhom bzonnhom, hi x’inhi l-eta` taghhom.

5. Azzjoni fil-Komunita’

5.1. Hidma Socjali mal-Persuni b’Dizabilità

Il-Kummissjoni ghamlet rapprezentazzjonijiet mat-Taqsima tal-Familja u l-Assistenza Socjali biex din ikollha Unit ghall-Hidma Socjali mal-Persuni b'Dizabilità. Gie deciz li din il-Unit titwaqqaf fi hdan is-Social Work Development Programm tal-Ministeru ghall-Izvilupp Socjali bis-sapport tal-Kummissjoni. Ghalhekk gie deciz li din il-Unit tkun ikkordinata mis-sur Edgar Galea Curmi li qed jahdem mal-Kummissjoni primarjament biex nizviluppaw dan is-servizz. Ghal dan il-ghan harget sejha pubblika ghall-social workers ikkwalifikati. Fil-fatt gew impjegati tlett social workers biex jahdmu f'din il-unit, tnejn fuq bazi full time u wiehed fuq bazi part-time.

5.2 Laqgha mal-Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista stieden lill-Kummissjoni Nazzjonali ghal Laqgha ta’ Djalogu mieghu dwar it-tfassil tal-programm elettorali tal-partit ghall-Elezzjoni Generali li jmiss. Il-Kummissjoni laqghat din l-istedina u l-laqgha saret l-Erbgha 19 ta’ Gunju 1996 fil-Kwartieri Generali tal-Partit Nazzjonalista f’Tal-Pieta`.

Id-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista kienet tikkonsisti mill-Prim Ministru u Kap tal-Partit, l-Onor Dr Eddie Fenech Adami, Dr Austin Gatt, Segretarju Generali, l-Onor Dr Louis Galea, Ministru ghall-Izvilupp Socjali, l-Onor Dr Antoine Mifsud Bonnici, Segretarju Parlamentari u l-Onor Mario Galea, membru parlamentari. Id-delegazzjoni tal-Kummissjoni kienet tikkonsisti mill-Onor Dr Lawrence Gonzi, President, is-sur Joe Camilleri, Chairman, is-sur Fred Bezzina, Direttur Ezekuttiv, Dr. Anthony Charles, President tal-Federazzjoni tal-Ghaqdiet ghall-Persuni b’Dizabilità, is-sinjura Antoinette Vella, genitur u s-sur Edgar Galea Curmi.

Il-Kummissjoni pprezentat il-proposti taghha lill-Prim Ministru u illustrat il-proposti taghha permezz ta’ vidjow u prezentazzjoni viziva. Il-vidjoe kien jikkonsisti fl-esperjenza konkreta tal-familja Pisani li ghandha zewg persuni b’dizabilità. Din l-esperjenza giet ikkollaborata minn dik tal-familja Vella.

Il-proposti tal-Kummissjoni huma bbazati fuq ir-Regoli Standard tal-Gnus Maghquda ghall-Opportunijiet Indaqs ghall-Persuni b’Dizabilità u kkoncentraw primarjament fuq l-oqsma ta’:

a) ligi anti diskriminatorja

b) assessment komprensiv

c) edukazzjoni ssapportjata

d) impjieg issapportjat.

Dr Fenech Adami, fil-waqt li rrikonoxxa l-progress li sar f'dan il-qasam anké permezz tal-Kummissjoni, spjega li l-Gvern hu impenjat li jidentifika l-problemi tal-persuni b'dizabilità u jsib il-mezzi kif jinstabu s-soluzzjonijiet.

5.3 Posta lill-Ghaqdiet Volontarji

Il-Kummissjoni regghet allokat somma flus mill-fondi taghha biex tissussidja l-posta tal-ghaqdiet volontarji li jahdmu fil-qasam tal-persuni b'dizabilità. Dan is-sussidju hu ta’ 50 % tal-ispiza totali. Matul dan il-perjodu, l-ghaqdiet li jibbenefikaw minn dan is-servizz huma:

  • Ghaqda ghall-Genituri ta’ Tfal b'Dizabilità
  • Gozo Association for the Deaf
  • Il-Fondazzjoni Eden
  • Il-Grupp tal-Familji Neqsin mis-Smigh
  • Kummissjoni Hidma ghall-Morda u Persuni b'Dizabilità tal-Azzjoni Kattolika
  • Il-Grupp Katina

5.4 Hidma ma’ Organizzazzjonijiet Ohra

Il-Kummissjoni matul din is-sena hadmet mill-qrib ma’ diversi organizzazzjonijiet ohra biex tilhaq l-ghanijiet taghha. Fost dawn l-ghaqdiet u organizzazzjonijiet insibu:

  • Dar tal-Providenza
  • Fondazzjoni Eden
  • Fondazzjoni GEM
  • Fondazzjoni Servizzi ta’ Respite Care
  • Il-gazzetti
  • Il-Kumitat Nazzjonali dwar il-Bijoetika.
  • Il-Kummissjoni Pastorali ghall-Persuni b'Dizabilità
  • Il-Kunsilli Lokali
  • Il-partiti politici
  • L-Istazzjonijiet tar-radju
  • L-Istazzjonijiet tat-televizjoni
  • Ghaqda Tfal u Zghazagh Neqsin mis-Smigh
  • Gozo Association for the Deaf
  • Grupp Katina
  • Malta Computer Society
  • YMCA Rescue Group

6. Tahrig tal-Istaff

6.1 Kors tal-Issues dwar id-Dizabilità

Il-Kummissjoni kompliet taghti unit dwar Issues dwar id-Dizabilità lill-istudenti diversi. Dawn kienu jinkludu studenti f’dawn il-korsijiet:

  • Fizjoterapija
  • Nersing
  • Occupational Therapy
  • Podjatrija
  • Radjologija
  • Speech Therapists
  • Diploma fl-Edukazzjoni: Tfal bi Bzonnijiet Specjali
  • Pulizija
  • Tejologija

Aktar ‘il quddiem dawn is-sett ta’ lectures ser jigu inkluzi f’korsijiet imtella mill-Fakulta’ tal-Management, Ekonomija u Accountancy, kif ukoll mill-Fakulta’ tal-Inginerija waqt li ghadhom ghaddejin tahditiet biex dan jibda fil-kors tal-Arkittettura.

L-ghan ta’ dan il-kors hu li l-istudenti jkollhom gharfien usà tal-issues li ghandhom x’jaqsmu mad-dizabilita` l-aktar mill-aspett socjali.

Il-Kummissjoni ukoll hadet sehem f’sessjoniiet ta’ tahrig li sar lill-Assistenti Socjali Kazwali u haddiema tas-sezzjoni TAFDA tal-Korporazzjoni Telemalta.

7. Informazzjoni u Edukazzjoni Pubblika

7.1 Centru ta’ Rizorsi

7.1.1 Matul dan il-perjodu, il-Kummissjoni kompliet tibni c-Centru ta’ Rizorsi taghha b'dan il-mod:

Item

1994

1995

Zieda

Kotba

1853

2252

399

Perjodici

54

57

3

Videos

228

248

20

Audio Cassettes

26

28

2

Ghajnuniet Edukattivi

126

215

89

Persuni li ghamlu uzu minn dan ic-Centru matul Ottubru 1995 u Settembru 19 96 kienu 304

Biex il-Kummissjoni taghti aktar pubblicita lil dan is-servizz tac-Centru tar-Rizorsi, il-Kummissjoni:

a) tat konferenza stampa dwar dan ic-Centru;

b) hadet sehem fil-Fiera Internazzjonali tal-Ktieb li saret f’Ottubru 1995 f’Dar il-Mediterran. Waqt din il-partecipazzjoni l-Kummissjoni qassmet ukoll sticker bit-tema: L-Ewwel il-Persuna imbaghad id-Dizabilita`;

c) ippubblikat flyer bl-informazzjoni kollha dwar dan ic-Centru.

Kulhadd jista’ jaghmel uzu minn dan ic-Centru ta’ Rizorsi li jinsab fl-ufficini tal-Kummissjoni fic-Istituto Vincenzo Bugeja, Centru Hidma Socjali, Santa Venera.

7.1.2 Il-Kummissjoni organizzat ukoll zewg laqghat ghall-edukaturi ta’ persuni b'dizabilità biex jitqassmu l-ghajnuniet edukattivi li l-Kummissjoni ghandha.

 

 

 

7.2 Pubblikazzjonijiet tal-Kummissjoni

Matul dan il-perjodu, il-Kummissjoni ppubblikat dawn il-pubblikazzjonijiet:

  • L-Impjieg u l-Persuni b'Dizabilità - Diskorsi u Interventi tal-Konfernza Nazzjonali li saret f’Dicembru 1995. Din il-pubblikazzjoni hi bil-Malti, fuq audio u fuq diskette tal-kompjuters.
  • L-Edukazzjoni Specjali - Diskorsi u Interventi tal-Konferenza Nazzjonali li saret f’Mejju 1996. Din il-pubblikazzjoni hi bil-Malti, fuq audio u fuq diskette tal-kompjuters.
  • Reprint tal-ktejjeb Il-Ligi Opportunitajiet Indaqs - Persuni b’Dizabilità.
  • Reprint tal-ktejjeb L-Edukazzjoni Specjali f’Malta - Policy Nazzjonali.

7.3 Newsletter Indaqs

Matul dan il-perjodu l-Kummissjoni ppubblikat it-tmin edizzjoni tal-fuljett Indaqs li harget fi Frar 1996. Id-disà edizzjoni ta’ Indaqs hi ppjanata li tohrog f'Ottubru 1996.


7.4 Gimgha tal-Persuni b'Dizabilità

Il-Gnus Maghquda ddikjarat it-3 ta’ Dicembru bhala l-Jum Internazzjonali tal-Persuni b'Dizabilità. Bhal ma ghamilna fis-snin l-imghoddija, l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità u l-Federazzjoni tal-GHaqdiet Volontarji tal-Persuni b'Dizabilita` organizzaw Gimgha ta’ Attivitajiet biex l-ewwel nett titfakkar din il-gurnata importanti u ukoll biex titqajjem dejjem aktar kuxjenza pubblika favur issues tal-persuni b'dizabilita` u l-familji taghhom.

It-tema maghzula ghal din il-Gimgha kienet l-Impjieg u l-Persuni b'Dizabilita` - tema li kienet ittrattata b'mod estensiv matul din is-sena kollha. Is-slogan maghzul, kien:L-Impjieg Cavetta ghall-Hajja Indipendenti. Dan is-slogan intuza wkoll biex jigi stampat poster attrajenti. Aktar minn elf kopja ta’ dan il-poster tqassmu biex inwasslu dan il-messagg.

Il-Kummissjoni u l-Federazzjoni hadu hsieb ukoll li johorgu messaggi tal-okkazzjoni. Fil-fatt inhareg messagg ghall-kbar li tqassam lill-media kollha u messagg iehor ghat-tfal li tqassam lill-iskejjel kollha kemm dawk statali kif ukoll privati.

L-Onor Dr L Galea, Ministru ghall-Izvilupp Socjali ghal darba ohra ghogbu jaghmel il-messagg ministerjali tieghu ghal dan il-Jum billi introduca persuna b'dizabilita` biex hi stess tghaddi dan il-messagg lill-pubbliku Malti. Din is-sena dan il-messagg nghata, flimkien mal-Ministru, mis-Sur Michael Micallef, persuna nieqsa mid-dawl u haddiem fil-qasam tal-Informatika.

L-attivitajiet principali li l-Kummissjoni organizzat ghal din il-Gimgha kienu

a) Forum: "L-Impjieg Cavetta ghal Hajja Aktar Indipendenti"

Dan il-forum sar nhar it-Tlieta 17 ta’ Novembru fil-Lukanda Phoenicia. Matul dan il-Forum kien hemm l-esperjenzi diretti ta’ 4 haddiema b'dizabilita` li kienu Micheal Micallef, persuna nieqsa mid-dawl u tahdem fil-qasam tal-Informatika; Karl Borg, persuna nieqsa mis-smigh u draughtsman. GHall-ewwel darba l-messagg ta’ din il-persuna nghatat bil-lingwa tas-sinjali u kien hemm is-sur Ronald Caruana, interpretu biex jinterpreta ghal dawk li ma jifhmux il-Lingwa tas-Sinjali; Michelle Farrugia, persuna b'dizabilita` intelletwali u haddiema f'fabrika; Doris Schembri persuna b'dizabilita` fizika u skrivana.

Dan il-forum sar bil-ko-operazzjoni shiha tal-Korporazzjoni tal-Impjieg u t-Tahrig li flimkien mal-Kummissjoni ghamlet sforz biex dawk li jhaddmu jattendu dan il-forum. Sfortunatament ir-rispons minn dan is-settur ma kienx wiehed inkoragganti.

b) Laqgha tal-Kummissjoni mal-Prim Ministru

GHall-istess okkazzjoni tal-Gimgha tal-Persuni b'Dizabilità, l-Kummissjoni hasbet li tippubblika r-Rapport Annwali taghha. Peress li fis-snin l-imghoddija, dan ir-Rapport kien johrog f'Jannar, gie deciz li r-rapport ta’ din is-sena jkun ikopri l-perjodu Jannar - Settembru 1995 biex johrog ghal din il-Gimgha.

Gie decis ukoll li l-Kummissjoni u l-Federazzjoni jistiednu lill-Prim Ministru biex

i) issir prezentazzjoni formali tar-Rapport Annwali tal-Kummissjoni

ii) jiltaqà mal-istaff u l-membri tal-Kummissjoni

iii) ssir laqgha formali tal-Kummissjoni mieghu.

Din il-laqgha saret il-Hamis 30 ta’ Novembru 1996. Il-Prim Ministru l-ewwel ltaqgha mal-istaff tal-Kummissjoni u gie pprezentat bir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni. Hu nghata tifkira ta’ din l-okkazzjoni li hi pittura maghmula bil-halq minn Frans Camilleri pittur b'dizabilita`. Wara saret il-laqgha tal-Kummissjoni mal-Prim Ministru. F'din il-laqgha gew diskussi diversi issues importanti li ghandhom x'jaqsmu mal-persuni b'dizabilita` b'mod specjali dawn it-tlieta:

  • Servizzi fil-Komunita` ghall-Persuni b'Dizabilita` b'riferenza specjali servizzi residenzjali;
  • ic-Centri ta’ Matul il-Jum tad-Dipartiment tal-Anzjani u Bzonnijiet Specjali;
  • il-Ligi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Dizabilita`).

Il-Prim Ministru nghata dossier dwar dawn l-issues inkluz abbozz tal-Ligi Opportunitajiet Indaqs (Perrsuni b'Dizabilita`). Il-Prim Ministru ha impressjoni tajba hafna tax-xoghol tal-Kummissjoni.

Attivitajiet ohra ghal din il-Gimgha li saru bis-sapport tal-Kummissjoni kienu jinkludu:

a) Quddiesa Rock

Din saret il-Gimgha 30 ta’ Novembru fil-Knisja Parokkjali ta’ San Pubulju, l-Floriana organizzata primarjament mill-Kumissjoni Djocesana ghall-Persuni b'Dizabilita` u l-iskola tal-ESN l-Imsida. GHall-ewwel darba, din il-quddiesa giet organizzata f'parrocca biex tassigura l-integrazzjoni akbar tal-persuni b'dizabilita` fil-hajja spritwali. GHal din il-quddiesa il-Kummissjoni tat tifkira tal-okkazzjoni li dawk li attendew. Din it-tifkiera kienet tikkonsisti b'bookmark li fuqha kien hemm stampata l-poezija "Min hi l-Persuna b'Dizabilita`".

 

b) Laqgha Generali tal-Federazzjoni

Din saret il-Hamis 29 ta’ Novembru fil-Lukanda Les Lapins u kienet indirizzata mill-E.T. Dr Ugo Mifsud Bonnici, President ta’ Malta. Waqt din il-laqgha, gie deciz li l-Federazzjoni tibdel isimha u ssir "Federazzjoni tal-Ghaqdiet Volontarji ghall-Persuni b'Dizabilita`. Wara din il-laqgha, l-Kummissjoni tat riceviment zghir li ghalih kienu mistiedna dawk kollha li jahdmu f'dan il-qasam. Il-Kummissjoni permezz ta’ dan ir-riceviment xtaqet turi l-hajr u l-apprezzament taghha ghal din il-hidma li ssir matul is-sena kollha.

c) Konferenza minn Don Luigi Ferlauto

Din saret ghall-okkazzjoni ta’ gheluq it-tletin anniversarju mit-twaqqif ta’ Dar tal-Providenza u kellha t-tema "Le Persone disabili e l-Emarginazione - c'e` una soluzione?"

Matul din il-Gimgha, l-Kummissjoni rceviet ghotja ta’ Lm 50 minghand l-iskola San Guzepp ta’ Blata l-Bajda. Peress li l-Kummissjoni ma tistax tircievi ghotjiet, gie deciz li din l-ghotja tinghata lill-Fondazzjoni Eden.

Ghal din is-sena il-Kummissjoni, flimkien mal-Federazzjoni tal-Ghaqdiet Volontarji ghall-Persuni b'Dizabilita` u l-Kunsill Pastorali ghall-Persuni b'Dizabilita` qed tahdem biex torganizza Gimgha ta’ Attiviajiet simili bit-tema: Nibnu Kommunitajiet fejn Kulhadd Ghandu Sehem.

7.5 Zjara tal-Kap tal-Oppozizzjoni fl-Ufficini tal-KNPD

Fl-okkazjoni tal-Jum Ewropew ghall-Gharfien Akbar dwar il-Qasam tal-Persuni b’Dizabilità li jigi organizzat fil-5 ta’ Mejju, il-Kummissjoni stiednet lill-Kap tal-Oppozizzjoni biex jaghmel zjara ufficjali lill-ufficini tal-Kummissjoni u jara mill-qrib ix-xoghol taghha, jiltaqà mal-istaff tas-segretarjat tal-Kummissjoni u jattendi laqgha formali tal-istess Kummissjoni. L-Onor Dr Sant accetta u din iz-zjara saret il-Hamis 2 ta’ Mejju 1996. Dr Sant kien akkumpanjat mill-membri parlamentari, is-sur Lino Spiteri, il-Professur Edwin Grech u t-tabib Michael Farrugia.

L-Onor Dr Gonzi laqà lil Dr Sant u d-delegazzjoni tieghu. Hu wera l-apprezzament tal-Kummissjoni ghall-koperazzjoni li l-Kummissjoni dejjem sabet mill-Partit Laburista. Dr Sant wiegeb li l-partit tieghu japprezza u jappogga l-hidma tal-Kummissjoni. Hu ukoll spjega li l-politika tal-partit f’dan il-qasam hi mibnija fuq 4 prijoritajiet li huma l-integrazzjoni tal-persuni b'dizabilita` fl-oqsma edukattivi u tax-xoghol, servizzi ta’ serhan ghall-familji ta’ persuni b'dizabilita` u investiment fit-teknologija bhala mezz ta’ ghajnuna ghall-persuni b'dizabilita`.

B’tifkira ta’ din l-okkazjoni, Dr Sant inghata pittura maghmula bil-halq mis-sur Frans Camilleri, pittur b’dizabilità. Wara, Dr Sant u d-delegazzjoni tieghu gew introdotti mal-istaff tal-Kummissjoni mid-Direttur, is-sur Fred Bezzina.

Imbaghad Dr Sant attenda laqgha tal-Kummissjoni li fiha gew diskussi diversi issues importanti li ghandhom x’jaqsmu mal-persuni b’dizabilità b’mod specjali dawn it-tlieta:

  • Servizzi fil-Komunita` ghall-persuni b’dizabilità, b’riferenza specjali ghal servizzi residenzjali;
  • ic-Centri ta’ Matul il-Jum tad-Dipartiment tal-Anzjani u Bzonnijiet Specjali;
  • il-Ligi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Dizabilità).

Dr Sant inghata dossier dwar dawn l-issues, flimkien ma’ kopja tal-pubblikazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni. Il-Kap tal-Oppozizzjoni ha impressjoni tajba hafna tax-xoghol tal-Kummissjoni.

Aktar kmieni matul is-sena il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilita` kellha laqgha mal Kummissjoni ghall-Persuni bi Bzonnijiet Specjali tal-Partit Laburista Din il-laqgha saret bejn rapprezentanti ta’ din il-Kummissjoni mal-Ezekuttiv tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilita`. Id-delegazzjoni tal-Partit Laburista kienet tikkonsisti fis-sinjuri A Azzopardi, V Cuschieri, l-koppja Falzon u J Zerafa. Dr Gonzi wera l-apprezzament ghall-fatt li l-Partit Laburista hass il-htiega li jiehu l-issues tal-persuni b'dizabilita` b'mod aktar konkret billi waqqaf din il-Kummissjoni. F'din il-laqgha gew diskussi oqsma fejn iz-zewg nahat jistghu jikkoperaw flimkien.

7.6 Zghazagh ghall-Ewropa

Il-Segretarjat taz-Zghazagh fil-Ministeru tal-Gustizzja u l-Kultura waqqaf kumitat Zghazagh ghall-Ewropa u talab lill-Kummissjoni tibghat rapprezentant taghha fuq dan il-kumitat. Il-Kummissjoni laqghet bil-ferh din l-inizjattiva u hatret lis-sur Ronald Balzan, student universitarju b’Dizabilità biex jirraprezentaha fuq dan il-kumitat.

 

 

AZZJONI INTERNAZZJONALI

 

 

 

1. Global Network Tal-ILO ghall-Issues tad-Dizabilità

Il-Kummissjoni Nazzjonali, flimkien mal-Korporazzjoni tal-Impjiegi u t-Tahrig ippartecipaw fit-tieni konferenza tal-Global Applied Disability Researh Network on Employment and Training (Gladnet) tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xoghol (ILO). Fil-fatt il-membri ta’ din il-konferenza kienu l-mistiedna ta’ din il-korporazzjoni.

Il-Kummissjoni kienet rapprezentata f'din il-konferenza mill-Onor Dr L Gonzi, li mexxa s-sessjonijiet ta’ fil-ghodu u Fred Bezzina. F'din il-konferenza gie deciz li dan in-Network, barra li jservi ta’ forum ghar-ricerkaturi li jahdmu fil-qasam tal-impjiegi u l-persuni b'dizabilita`, ikun ukoll mezz kif l-informazzjoni miksuba minn din ir-ricerka tkun tista’ tinxtered lil dawk li jistghu juzaw din l-informazzjoni.

Il-konferenza saret bejn it-23 u l-25 ta’ April, 1996 fl-ufficini tal-Korporazzjoni tal-Impjiegi u t-Tahrig, f'Hal Far.

2. Konferenza f’Sonnenberg

Permezz ta’ kooperazzjoni li tezisti bejn l-Assocjazzjoni Maltija ta’ Sonnenberg u l-Kummissjoni, zewg membri tal-istaff tal-Kummissjoni regghu attendew ghal seminar bit-tema Helping Disabled People to Lead an Independent Life li sar f'Sonnenberg, il-Germanja. Is-sinjuri Sonia Tanti u Doris Casha attendew ghal dan is-seminar li sar bejn il-25 t'Awissu u l-1 ta’ Settembru 1996.

3. Cost 209

Il-Kummissjoni hadet sehem ukoll f'konferenza internazzajonali tal-COST 219 li saret f'Malta, bhala l-mistiednin tal-Korporazzjoni Telemalta. Il-COST 219 hi organizzazzjoni Ewropea li tistudja kif is-servizz tat-telekomunikazzjoni jkunu accessibbli u uzat ghall-gid tal-persuni b'dizabilita` u anzjani. Joe Camilleri indirizza l-konferenza f'isem il-Kummissjoni.

Din il-konferenza saret fil-Lukanda Dolmen, it-Tlieta 12 ta’ Marzu, 1996.

4. Il-Fond Volontarju dwar id-Dizabilita` tal-Gnus Maqghuda

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Malti accettat r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali li Malta taghmel donazzjoni zghir lill-Fond Volontarju dwar id-Dizabilita` tal-Gnus Maqghuda. Dan il-Fond jintuza l-aktar biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tar-Regoli Standard ghall-Opportunitajiet Indaqs ghall-Persuni b’Dizabilità li l-Gnus Maqghuda stess harget lill-Gvernijiet tal-pajjizi kollha. Il-Gvern Malti ghandu l-hsieb li jibqà jaghmel din id-donazzjoni kull sena.

 



ANNUAL REPORT : 1993 | 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | 1998 | 1999